Christian Zammit

Christian

joseph muscat

Flimkien ma' Dr. Joseph Muscat fit-tnedija tal-kampanja elettorali għal Parlament Ewropew fl-2009.

diskussjoni GUG

Ma' Dr. Chris Said, Mariella Rapa, u Dr. Arnold Cassola f'diskussjoni l-Universita' rigward permanent link bejn Malta u Għawdex organizzata mil-Grupp Universitarji Għawdxin.

scicluna MEP

Mal-Profs Edward Scicluna waqt il-kampanja elettorali għal Parlament Ewropew 2009.

xaghra united

Mal-kunsillier u Captain ta' Xagħra United Joseph Bartolo u s-Sindku Joe Cordina fir-rebħ tal-Kampjonat tat-Tieni Divisjoni, diversi snin ilu.

maratona

Presentazzjoni tat-trofej waqt il-Maratona t'Għawdex.

diskussjoni kunsill

L-ewwel xhur ta' ħidma tiegħi fil-Kunsill Lokali tax-Xagħra diversi snin ilu.

san michele salentino cordina

Ġemellaġġ Xagħra ‒ San Michele Salentino (Brindisi), Awwissu 2011.

san michele salentino kunsill

Ġemellaġġ Xagħra ‒ San Michele Salentino (Brindisi), Awwissu 2011.

san michele salentino sindaco

Ġemellaġġ Xagħra ‒ San Michele Salentino (Brindisi), Awwissu 2011.

konferenza ġenerali 2011

Laqgħa bi preparazzjoni għal Konferenza Ġenerali 2011.

anton

Waqt ħidma Ministerjali fit-triq ta' San Lawrenz.

ministru u sindku

Press conference rigwardanti l-qagħda tal-Gozo Channel flimkien mal-Ministru Refalo u ċ-Chairman Cordina."

laqgħa

Presentazzjoni tal-Gozo Sports Awards.

shelter xlendi

Waqt il-ħidma Ministerjali fix-Xlendi.

ministru

Flimkien mal-Ministru Anton Refalo waqt xogħol fuq l-għolja tas-Salvatur.

knisja xaghra

Funzjoni fil-Knisja tax-Xagħra.

isqof

Waqt ftuħ ta' esibizzjoni artistika.

sports complex

Waqt attivita` mal-istudenti fil-Gozo Sports Complex.

konferenza

Waqt konferenza internazzjonali ġewwa lukanda f'Sannat.

Example Frame

Dr. Christian Zammit huwa Nutar Pubbliku ta' 32 sena. Timeline:

2000, Ottubru Christian daħal fil-kors tal-Liġi li minnu ggradwa fl-2006.
2003, April Christian daħal fil-politika mmedjatament wara t-telfa elettorali tal-2003 u beda jokkupa l-kariga ta' P.R.O. tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Għawdxin. F'Novembru tal-istess sena, huwa beda jokkupa wkoll l-kariga ta' Assistant International Secretary tal-Partit Laburista fis-segretarjat immexxi minn Dr. Joe Mifsud.
2007, Marzu Christian ikkontesta b'suċċess l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra; elezzjoni li fiha l-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba maġġoranza fl-istess raħal. Huwa jokkupa l-kariga ta' Viċi-Sindku.
2009, Ġunju Christian ikkontesta l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew. F'din l-elezzjoni huwa ġie mogħti l-fiduċja minn aktar minn erbat elef ruħ, u fl-istess elezzjoni l-Partit Laburista ġab il-maġġoranza tal-voti f'Għawdex.
2012, Marzu Ri-elett mil-ġdid Kunsillier fix-Xagħra.
2013, Lulju Christian ġie nnominat bħala Chief of Staff fil-Ministeru tas-Saħħa.
2014, Settembru Christian ġie nnominat, u għadu jokkupa l-kariga ta' Chief of Staff fil-Ministeru għal Għawdex, ma' Anton Refalo.
» 2015, April Kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali Xagħra.